Wednesday, March 27, 2024

Ammetta li ffroda żewġ nisa f’każi ta’ “frodi romantiku”

Aqra wkoll

Raġel Niġerjan ta’ 36 sena fl-aħħar sigħat ammetta quddiem il-Qorti l-involviment tiegħu flimkien ma’ oħrajn fejn iffroda żewġ nisa f’każi li jistgħu jisejjħu “fordi romantiċi.”

Dawn it-tip ta’ frodi huma meta l-frodist jidħol f’relazzjoni romantika ma’ persuna oħra u tibda tgħaddilu l-flus.

Marvis Iyeke li tressaq il-qorti, ġie mixli li fil-11 ta’ Awwissu tal-2020 kif ukoll fil-jiem u xhur ta’ qabel wettaq ħasil ta’ flus. Il-Pulizija temmen li Iyeke hu wieħed minn sitt persuna li huma nvoluti f’każi ta’ frodi romantiku.

Dawn l-istess każ tressqu ħames Noġerjani oħrajn kif ukoll tfajla Maltija – Alexandra Pace.

Waħda mill-vittmi kienet mara anzjana ta’ 72 sena li kienet qed taħseb li qiegħda f’relazzjoni ma’ suldat tal-Istati Uniti li dak iż-żmien kien qed l-Afganistan.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża laħqu qbil li Iyeke jeħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €20,000.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddeskriviet l-aġir tiegħu bħala krudil għax sfrutta l-ġenerożità u l-vulnerabilità ta’ żewġ nisa.

Minbarra s-sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u l-€20,000 multa hija ordnatlu biex fi żmien sitt xhur jagħti liż-żewġ nisa €8,000 u €6,000 rispettivament is-sehem li ħa minn dan ir-reat.

Ekonomija

Sport