Thursday, February 5, 2026

Tifel ta’ erba’ snin bic-Cerebral Palsy jiġri biex jibor flus għall-iskola

Aqra wkoll

Tifel b’diżabilità ta’ erba’ snin ġera aktar minn 100 mil biex jiġbor flus għall-iskola tiegħu. Jacob Fallows, li għandu l-kundizzjoni tac-Cerebral Palsy, ġera fil-bitħa tal-iskola tiegħu matul Jannar ma’ tfal oħra, ħbieb u familja biex jiġbor biżżejjed flus għall-istess skola li huwa jattendi.

Huwa ġera 158km b’kollox, li jammontaw għal madwar 5km kuljum. Huwa kien ispirat minn missieru, Lee, li tliet snin ilu għamel ġirja ta’ karità u kull sena minn dakinhar, il-familja ngħaqdet flimkien biex tappoġġja kawża lokali.

Il-missier tat-tifel, Lee qal: “Nieħdu pjaċir niġbru flus għal kawżi tajbin u dik hija l-ħaġa li nitgħallmu minnha. Qed nuru wkoll li t-tifel ċkejken tagħna minkejja l-isfidi li għndu jista’ u kapaċi jagħmel ħafna affarijiet”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport