Tifel ta’ sentejn sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8.30p.m., fi Triq is-Saqqajja, r-Rabat.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena residenti iż-Żurrieq, kienet qed isuq vettura Mazda Demio u kellha mpatt ma’ siġra. Fil-vettura kien hemm ukoll it-tifel ta’ sentejn.
Filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi, it-tifel ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ġie iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.