Wesson tifel ta’ sentejn ħa xokk elettriku hekk kif waqa’ arblu tad-dawl f’maltempata li seħħet f’Shreveport fl-Istati Uniti. Hu nzerta ħdejn dan l-arblu flimkien mal-ġenituri tiegħu. Skont ił-mijda tal-lokali huma kienu qegħdin jipprovaw jinġabru lura d-dar.
Għal xi ħin kien hemm biża’ li t-tifel jitlef ħajtu, iżda grazzi għall-intervent f’waqtu mit-tobba u l-infermieri qalb Wesson reġgħet bdiet tħabbat.
Minkejja dan xorta waħda sofra ħruq kbir f’ġismu u s’issa għadu fil-periklu tal-mewt.
Skont il-midja tal-lokal it-tifel issa qiegħed jiffaċċja kumplikazzjonijiet ġodda: infezzjoni, deni, u fluwidu fil-pulmuni tiegħu.
Il-ġenituri li tkellmu mal-midja dwar dan il-każ qalu li huma qegħdin iżomm it-tama tagħhom fit-talb biex binhom jgħix u jkollu ħajja normali.

