Thursday, March 28, 2024

Tifel ta’ sentejn l-Isptar wara li ttajjar f’Marsaskala

Aqra wkoll

Tifel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-7:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Qalet Marsaskala.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel Taljan ta’ sentejn kien qiegħed jaqsam minn bejn xi vetturi meta ttajjar minn vettura fl-imsemmija triq.

Fil-post issejħu ambulanza u tim mediku li assistew liċ-ċkejken sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Jidher li t-tifel ma sofriex ġrieħi serji, iżda minħabba l-età tiegħu se jsirulu iżjed testijiet.

Dan huwa t-tieni minorenni li ttajjar fl-aħħar sigħat hekk kif aktar kmieni dagħlodu tifla ta’ 13-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’Birkirkara.

Ekonomija

Sport