Saturday, April 27, 2024

Malta taffronta lill-Montenegro għar-rebħ tal-Medieval Shield

Aqra wkoll

Il-coach tal-Malta Rugby League (MRL) Roderick Attard sejjaħ skwadra ta’ 19-il player qabel il-partita tal-International Rugby League ta’ għada s-Sibt filgħaxija kontra l-Federazzjoni tar-Rugby League Montenegro għall-Medjeval Shield inawgurali.

L-iskwadra tara sitt debuttanti, fosthom Kyle Gauci ta’ 17-il sena mis-Siġġiewi.

Gauci qed jistudja għal Diploma Avvanzata fl-Isport u kien player prominenti fit-taħriġ għal Malta matul dawn l-aħħar sitt ġimgħat.

Fl-iskwadra ta’ Malta hemm ukoll il-player ta’ 26 sena u president tal-MRL Jean-Pierre Zarb, wieħed mill-players li lagħbu kontra t-Turkija f’Ottubru li għadda.

Zarb iddebutta għal Malta bħala winger kontra l-Greċja fl-2014, iżda dan il-weekend isib ruħu jikkompeti għal post mal-attakkanti.

L-eċċitament ta’ Zarb għall-partita huwa msaħħaħ mill-fatt li hu kien involut barra mill-ground daqskemm fil-ground, u kkummenta hekk: “Peress li ġejja l-ewwel partita tagħna f’darna f’erba’ snin, ninsab eċċitat ħafna dwar l-aħħar sigħat qabel it-team. jilgħab għada s-Sibt, u nawgura li l-ewwel partita tagħna f’pajjiżna tkun reklam mill-aqwa għal-logħba u li nazzjonijiet oħra huma intrigati u interessati li jsegwu l-istess u jilagħbu kontrina hawnhekk fil-Gżejjer Maltin.”

Il-halfback ta’ Barrow Raiders Jarrod Sammut ġie rilaxxat għal dmirijiet internazzjonali, bl-ex stilla tal-NRL u tas-Super League mistennija jissieħeb mal-captain eżistenti bbażat f’Leeds Karl Cassar fil-halves.

Il-coach Roderick Attard qal li din l-iskwadra hija waħda mill-aktar b’saħħithom:

‘Fuq il-karta, din hi żgur waħda mill-aqwa skwadri li qatt kellha Malta. Huwa eċċitanti li tara x’jista’ jagħmel it-team għada s-Sibt filgħaxija. Għandna players ta’ ħila kbira li ngħaqdu magħna minn kampjonati barranin u lesti nagħtu spettaklu lil dawk preżenti’, qal Attard.

‘Bħala coach, qatt mhu faċli li tneħħi players mill-iskwadra, iżda l-plejers mhux magħżula għandhom iżommu rashom mgħollija u għandhom ikunu jafu li napprezza l-isforz kollu tagħhom u l-ħin tagħhom li ddedikaw fit-tħejjija għal din il-partita internazzjonali. Nirringrazzjahom kollha u ngħidilhom għadhom parti mit-team tagħna’.

Il-Medieval Shield bejn Malta u l-Montenegro se tintlagħab għada is-Sibt 14 ta’ Mejju fiċ-Charles Abela Stadium ta’ Mosta FC, kick-off fis-7pm. Il-bibien jinfetħu fis-6pm.

Jaroslav Bzoch mir-Repubblika Ċeka ġie maħtur mill-European Rugby League biex jikkontrolla din il-partita internazzjonali.

Biljetti tad-dħul ġenerali huma disponibbli minn: www.showshappening.com/malta-rugby-league-mrl/malta-vs-montenegro

Il-partita se tkun imxandra live fuq: https://youtu.be/qUQa9lK_VRw

L-ISKAWDRA MALTIJA

Scott Beerman, Jarrod Sammut, Karl Cassar, Dean Zammit, Mark Camilleri, Jeremy Dela, Kyle Gauci, Robin Cutajar, James Grech, Nicky Vella, Jean-Pierre Zarb, Joe Briggs, Kaine Dimech, Andrew Muscat, Cameron Gatt, Josh Gatt, Nathan Gatt, Chris Mercieca, Zarrin Galea

Sport