Tuesday, May 14, 2024

L-FKNK titlaq aktar minn 400 gamiema fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji tal-Migrazzjoni tal-Għasafar, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) telqet aktar minn 400 gamiema fis-selvaġġ minn Paradise Bay, il-Mellieħa.

Il-proġett tal-FKNK – ‘Tnissil fil-magħluq u tluq fis-selvaġġ’ beda lura fis-sena 2017, fejn ta’ kull sena l-FKNK titlaq fis-selvaġġ mijiet ta’ gamiem mnissla fil-magħluq, fi żmien il-passa tal-għasafar filwaqt li l-istaġun tal-kaċċa jkun magħluq.

Dan il-gamiem eventwalment ipassi lejn pajjiżi oħra, hekk kif kien xjentifikament ippruvat b’użu ta’ trażmettituri satellitari fis-sena 2021 fejn waħda mill-gamiem mitluqa marret il-Bulgarija. Dawn it-trażmettituri ġew finanzjati mill-Responsible Gaming Foundation (RGF) grazzi għal intervent tal-Onorevoli Ministru Silvio Schembri.

Aktar tard din is-sena ser jintelqu aktar gamiem bi trażmettituri satellitari. B’dan il-mod, Malta bħala Stat Membru, tista’ tgħin fil-konservazzjoni tal-ispeċi tal-gamiema u b’hekk iservi bħala miżura ta’ kumpens għall-gamiem li jista’ jmut fis-selvaġġ. 

Sport