Tifel ta’ tliet snin mill-Maċedonja u residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00p.m. fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
Il-karozza tat-tip Kia Avella kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.
It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.