Tifel ta’ erba’ snin jinsab f’kundizzjoni serja wara li sab ruħu f’diffikultà wara li waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata.
Illum, għall-ħabta ta’ 11:45 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm
bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk.
Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lit-tifel mitluf minn sensih wara li ttella’ mill-ilma minn persuni li kienu flistess residenza.
Ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed f’qagħda serja.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


