Tifel u raġel ħelsuha ħafif wara li għall-ħabta tad-9.10a.m. ċeda saqaf fi Triq San Mikiel il-Marsa.
It-tifel għandu għaxar snin filwaqt li r-raġel għandu 35 sena mill-Belt Valletta, iżda jgħix fir-residenza fejn seħħ il-każ.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew liż-żewġ persuni. Wara huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija wkoll marret fuq il-post biex tinvestiga dan l-inċident.
