Wara li eluf ta’ persuni żaru u gawdew it-toroq tal-Belt Valletta għal edizzjoni oħra ta’ suċċess ta’ Notte Bianca, il-ħidma ma waqfitx.
Filwaqt li l-Belt kienet għadha qed tgawdi l-atmosfera tal-festa, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni kellhom lejl twil u iebes quddiemhom sabiex inaddfu u jirritornaw it-toroq tal-Belt Kapitali għall-istat tagħhom.
Minn kmieni fis-sigħat ta’ filgħodu, it-timijiet tagħna ħadmu bla waqfien biex jiżguraw li l-Belt terġa’ tkun nadifa u lesta għall-ħajja ta’ kuljum.
