Tuesday, May 14, 2024

Tifla fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza fl-Imġarr

Aqra wkoll

Tifla ta’ 11-il sena weġġgħet serjament wara li ttajjret minn karozza fl-Imġarr.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.00 a.m. fi Triq Fisher.

Uffiċjali tal-Pulizija u tabib tal-emerġenza kienu taw l-ewwel assistenza lit-tifla, li mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li ntlaqtet minn Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Tim mediku li wasal ftit tal-ħin wara kompla jassisti lit-tifla u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji. Aktar tard, ix-xufier tal-vettura ttieħed ukoll l-Isptar minħabba xokk.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici kien infurmat bl-inċident u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Tifla ta’ 11-il sena tittajjar minn karozza fl-Imġarr

Kien għall-ħabta tas-7.00am meta tifla ta’ 11-il sena residenti l-Imġarr ttajret minn karozza Peugeot 308 li kienu misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ fi Triq Fisher fl-Imġarr.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li mill-ewwel bdew jagħtuha CPR. Hija ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

It-triq hija magħqlua għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport