Friday, May 24, 2024

Cherise Farrugia b’rebħa storika fil-kampjonat internazzjonali femminili FEGAT

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Bejn il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd wara nofsinhar saret laqgħa doppja ta’ tiġrijiet fil-korsa tal-Marsa. Il-Ġimgħa spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m filwaqt li l-Ħadd wara nofsinhar sar kampjonat internazzjonali fuq erba’ heats għal sewwieqa femminili. Dan kien organizzat fuq distanza qasira ta’ 2140m bil-kollaborazzjoni tal-assoċjazzjoni internazzjonali FEGAT b’Malta tkun rappreżentata minn Cherise Farrugia. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat sar Malta u ntrebaħ minn Cherise Farrugia. L-Olanda temmet it-tieni b’Hiltje Tjalsma u l-Ġermanja t-tielet b’Julia Holzschuh.

Fl-ewwel heat internazzjonali li saret il-Ħadd kienet l-Ungeriża Eszter Cseperke Takacs li temmet rebbieħa wara li marret quddiem f’nofs id-distanza permezz ta’ Sharif America. L-Olandiża Hiltje Tjalsma waslet lil Skogans Lotten biex tieħu l-ewwel rebħa staġjonali fit-tieni heat internazzjonali wara li haffet fil-pass 700 metru mit-tmiem.

Il-favorit Global Barrister misjuq minn Eva Lundahl tal-Iżvezja rebaħ it-tielet heat wara li ddomina tul id-distanza. Simili kienet ir-raba’ u l-aħħar heat b’Diego Du Coudou (Cherise Farrugia) ikun kontinwament quddiem.

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier li saret il-Ġimgħa, kien il-Franċiż Iron de Ginai (Charles Degiorgio) li akkwista l-ħames rebħa tas-sena u t-tieni waħda nfila. Dan faċilment b’żewġ tulijiet vantaġġ minn Elixir D’Anama (Herman McKay) u Abbys Wise As (Joseph Mercieca). Whothehillareyou (Tony Demanuele) temm warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 4.04.3” (1.17.8”) 2. Dario del Brenta (J. C. Pace) 3. Gamine d’Hawai (I. Mazzitelli) 4. Ideal Pierji (J. Gafa’)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Isseo De Nappes (R. Gatt) Ħin – 4.02.7” (1.17.3”) 2. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 3. Hartist Griff (S. Schembri) 4. Elvis Des Pignes (A. Cassar)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Express Novo (I. Galea) Ħin – 4.07.3” (1.18.8”) 2. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 3. Hero Sense (J. Gafa’) 4. Iara De Piencourt (Ch. Camilleri)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin – 4.02.5” (1.17.2”) 2. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 3. Flash Picken (N. Baldacchino) 4. Emeraude De Baugy (P. Galea)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Defi Orageux (R. Gatt) Ħin – NTR 2. Appreciated (Ch. Magro) 3. Destrier d’Or (R. Magro) 4. Arno Dell’Est (P. Galea)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Hanoushka (Cherise Farrugia) Ħin – 3.29.5” (1.16.3”) 2. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 3. Cash De Beauregard (M. Ellul) 4. Power Tooma (J. Vassallo)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Iron de Ginai (Ch. Degiorgio) Ħin – 4.00.7” (1.16.6”) 2. Elixir d’Anama (H. Mc Kay) 3. Abbys Wise As (J. Mercieca) 4. Whothehillareyou (T. Demanuele)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) Ħin – NTR 2. Casino D’Ourville (R. Gatt) 3. Vasterbo Cobber (Ch. Camilleri) 4. Forrest Beji (J. Gafa’)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Extreme Erca (R. Gatt) Ħin – 4.06.4” (1.18.5”) 2. Goldwyn Du Bocage (P. Galea) 3. Khali Magdalon (M. Ellul) 4. Jaguar Des Caux (J.C. Pace)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 4.05.6” (1.18.2”) 2. Jackpot Visais (F. Mallia) 3. Bonbon Bleu (M. Falzon) 4. Emissoro (R. Schembri)

III Tiġrija. Heat Kampjonat FEGAT. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Sharif America (E.C. Takacs – HUN) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Oro Doc (J. Holzschuh – GER) 3. Gringo Marancourt (B. Aerbischer – SVI) 4. Grease d’Huon (Cherise Farrugia)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat FEGAT. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Skogans Lotten (H. Tjalsma – HOL) Ħin – NTR 2. Global Rebel (Cherise Farrugia) 3. Heros De Claivince (L. Kristiansen – NOR) 4. Dieu D’Occagnes (B. Aebischer – SVI)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Ex Aequeo De Cosse (J. Gafa’) Ħin – 3.58.9” (1.16.1”) 2. Defi Nay (Ch. Camilleri) 3. Concerto Star (R. Gatt) 4. Enclos (J. Spiteri)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat FEGAT. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Global Barrister (Eva Lundahl – ŻVE) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Gabin Sellois (E. Villani Orlando – ITA) 3. Klammer (B. Demoulin – BEL) 4. Ecuador (B. Aebischer – ŻVI)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat FEGAT. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diego Du Coudou (Cherise Farrugia) Ħin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Cruise (K. Boegedal – DEN) 3. Deede Star ( C. V. Juan – SPA) 4. Shawn Leejs (H. Tjalsma – HOL)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Eclair Des Vaux (D. Debono) Ħin – 3.59.3” (1.16.2”) 2. Donnezac (R. Magro) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Vangiskan Scott (L. Zammit) Ħin – 4.00.1” (1.16.5”) 2. Durfan (Ch. Camilleri) 3. Great Zeus (M. Sammut) 4. Cekito De Jupilles (R. Magro)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport