Friday, December 13, 2024

Tifla fir-Renju Unit tiċċelebra “l-aqwa rigal li qatt irċeviet” wara trapjant tal-qalb

Tanesha Ives għamlet l-ewwel operazzjoni meta kellha biss ħames ġimgħat u issa ngħatat qalb ġdida

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifla ta’ 12-il sena, li x-xahar li għadda kellha tagħmel trapjant tal-qalb, qed tiċċelebra dak li ddeskriviet bħala l-aqwa rigal li qatt irċeviet wara li qalulha li tinsab f’saħħitha biżżejjed biex tmur id-dar għall-Milied.

Tanesha Ives twieldet b’kundizzjoni f’qalbha u minħabba f’hekk hija kellha bżonn operazzjoni meta kellha biss ħames ġimgħat.

Minn dak iż-żmien hija kellha tqatta’ ħafna ħin dieħla u ħierġa l-isptar u saħansitra kellha bżonn tagħmel pacemaker permanenti meta kellha biss 18-il xahar.

Wara li tobba esperti ħadu d-deċiżjoni diffiċli li jagħmlu trapjant tal-qalb din is-sena, Tanesha kellha tittieħed fi Newcastle, li jfisser mal-100 mil ‘il bogħod mill-ħbieb u l-familja tagħha.

B’xorti t-tajba l-operazzjoni kienet waħda ta’ suċċess iżda Tanesha kienet kważi rrassenjat ruħha li kienet se tqatta’ l-perjodu tal-festi fis-sodda ġewwa l-isptar fi Newcastle.

Iżda, hija rċeviet aħbar mill-isbaħ, f’dak deskritt bħala wieħed mill-aqwa rigali li qatt irċeviet, wara li t-tobba qalulha li kienet tajba biżżejjed biex tmur id-dar għall-Milied u tqatta’ l-festi flimkien ma’ ommha Amanda Bell u oħta Ashante ta’ sitt snin. 

Ekonomija

Sport