Monday, November 11, 2024

Tifla fost tlieta midrubin wara li karozza baqgħet dieħla f’ħajt f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq il-Linja, Ħ’Attard, minħabba li t-triq tinsab temporanjament magħluqa minħabba inċident tat-traffiku.

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-5:15 p.m raġel ta’ 44 sena residenti l-Mosta li kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Toyota tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Miegħu kien hemm rekbin mara ta’ 38 sena u tifla ta’ seba’ snin residenti fl-istess lokalità.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza lit-tliet persuni sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi li ssejħu fuq il-post. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport