Monday, May 20, 2024

Regatta Jum il-Ħelsien: Senglea jwaqqfu l-monopolju ta’ Bormla

Aqra wkoll

Meta saret ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien, l-Isla rebħu Kategorija Open u Bormla Kategorija B.  

Filwaqt li s-Sengleani tem­mew il-monopolju tal- Bormliżi fl-aqwa kategorija u rebħuha għall-11-il darba, l-istess Bormliżi rebħu Kategorija B għat-13-il darba u għal rekord ta’ ħames dar­biet konsekuttivi.

KATEGORIJA OPEN

L-Isla rebħu l-ewwel tiġ­rija, dik tad-Dgħajjes tal-Midalji wara li ż-żewġ favoriti, Birgu u Bormla, ġew skwalifikati meta daħlu f’xulxin f’nofs il-korsa.

U minħabba l-fatt li ħadu sehem erba’ dgħajjes biss, Marsa temmew fit-tieni post.

L-ekwipaġġ tal-Isla kien kompost minn Redeemer Rapa, Glenn Zammit, Russell Bugeja u Andre Gauci. 

It-tiġrija tal-Frejgatini ntre­bħet mill-Isla li ddominawha għal kollox bil-Marsa u l-Kalkara jidħlu fit-tieni u t-tielet postijiet rispettivament filwaqt li Bormla sfaw skwalifikati. 

L-ewkipaġġ rebbieħ kien kompost minn Davison Micallef u Clyde Mizzi, bit- tmuniera tkun Melvana Micallef.

Għall-20 darba nfila, il- koppja Dennis Thornton u Clive Casha rebħu t-tiġrija tal-Pass ta’ Bi Tnejn biex ikkonfermaw id-dominanza tagħ­hom fid-dgħajsa ta’ Bor­mla meta rreġistraw ħin ta’ 5’58”, li kienu segwiti mill- Birgu u mill-Isla. 

Bir-rebħ tal-Kajjiki, l-Isla ġew dikjarati rebbieħa tax-Shield meta tellgħu total ta’ 50 punt u ma setgħux jintlaħqu minn Bormla li kel­lhom 24 punt.

Il-qaddiefa rebbieħa kie­nu Davison Micallef u Andre Gauci li temmew qud­diem il-Birgu u Bormla ri­s­­pettivament.

L-Isla rebħu wkoll it-tiġrija tal-Pass ta’ bl-Erbgħa meta Redeemer Rapa, Glenn Zam­mit, Russell Bugeja u Andre Gauci, daħlu xxamplati fl-ewwel post quddiem Bormla u Marsa.  

KATEGORIJA B

L-ewwel tiġrija kienet dik tal-Pass ta’ Bi Tnejn li ħadet kemmxejn fit-tul minħabba false start, fejn il-Birgu sfaw skwalifikati minħabba li daħ­lu fid-dgħajsa tal-Isla.  

Din intrebħet mill-Isla f’ħin ta’ 5’45”, mill-qaddiefa Marlon Cutajar u Kevin Camilleri, segwiti mill-Kal­kara u Bormla.

It-team tal-Kalkara, ifformat minn Jean Claude Cassar u Joseph Pace, rebaħ it-tiġrija tal-Kajjiki, f’ħin ta’ 6’11”, segwit minn l-Isla u Birżebbuġa li daħlu ras imb’ras. 

Bormla rebħu it-tiġrija tad-Dgħajjes tal-Midalji, f’ħin ta’ 4’41” minkejja li f’nofs il-korsa ġew imwaq­qfa minn Birżebbuġa li sfaw skwalifikati. Huma kienu segwiti mill-Karkara u mill- Isla.  

Il-protagonisti kienu Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Clyde Debattista u Yan­nick Pace. 

Birżebbuġa rreġistraw l-ew­wel rebħa meta daħlu fl-ewwel post fit-tiġrija tal- Frejgatini. 

Huma kienu fit-tielet post iżda mal-Ponta tal-Isla bdew jattakkaw biex għelbu l-isfida tal-Isla u tal-Kalkara meta kisbu ħin ta’ 7”17.

L-ekwipaġġ kien kompost minn Brolin Genovese u Mel Magro, b’Kayzil Curmi jkun it-tmunier.

Bormla rebħu l-aħħar tiġ­rija, dik tal-Pass ta’ bl-Erbgħa biex rebħu x-Shield, bit-team ikun kompost minn Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Clyde Debattista u Ynnick Pace. 

Fit-tieni post spiċċaw Birgu segwiti mill-Kalkara.  

Frejgatini tan-Nisa

Qabel dan il-programm saret tiġrijia tal-Frejgatini tan-Nisa li ntrebħet minn dik tal-Birgu li temmet f’ħin ta’ 7’10” … fejn Shazel Grima u Glynis Mizzi reġgħu wrew is-supremazija tagħhom, bit-tmunier ikun Ishmael Frendo. 

Fit-tieni post spiċċaw Mar­sa segwiti minn Bormla.

Klassifika Finali Open: 74 – ISLA; 40 – Bormla; 28 – Marsa; 20 – Birgu; 4 – Kalkara

Klassifika Finali B: 50 – BORMLA; 48 – Kalkara; 42 – Isla; 16 – Birgu u Birżebbuġa

Sport