Wednesday, October 9, 2024

Tifla Maltija b’esperjenza hekk kif niżlet fil-grawnd ta’ San Siro flimkien mal-plejers waqt logħba bejn Milan u Venezja

Aqra wkoll

X’esperjenza għal Amelia! Fil-14 ta’ Settembru niżlet fil-grawnd ta’ San Siro flimkien mal-players waqt il-logħba ta’ Milan kontra Venezia, logħba li mmarkat l-ewwel rebħa Milanista ta’ 4-0.

Amelia ltaqgħet mal-mascots l-oħra kmieni għall-ħabta tas-18:15 u daħlet fil-grawnd qabel kulħadd. Hi laqtet il-players Milanisti b’hi 5, filwaqt li, kif jidher fil-filmat, hija tat keychain tal-Milan Club Malta 1979 lil Abraham, keychain li ġabitu l-luck bl-ewwel gowl tiegħu ma’ AC Milan.

Wara, bidlet il-kit speċjali mogħti lilha – dak kontra r-razziżmu – u flimkien mal-mascots l-oħra daret dawra fil-grawnd. Meta wasal il-mument li tibda l-logħba, hija ħarġet flimkien ma’ sħabha u akkumpanjat il-players fil-bidu tal-partita propju f’nofs il-grawnd.

Wara, Amelia ngħatat l-opportunità li żżomm il-kit bħala rikordju kif ukoll ngħatat poster iffirmat minn Mike Maignan. Skont Amelia, qatt ma rat atmosfera daqshekk sabiħa, u li tifla ta’ 9 snin tkun f’nofs il-grawnd tat-tim favorit tagħha kienet esperjenza li mhux se tinsa qatt. Fuq kollox, hija xi ħaġa li diġà qed tinki lil missierha dwarha! Ghax hi ghamlita u hu le!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport