Wednesday, October 9, 2024

UCL: Bayer Leverkusen bl-akbar rebħa

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-aħħar programm tal-ewwel ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, Bayern Leverkusen jieħdu l-unuri hekk kif irreġistraw l-akbar rebħa me­ta, fl-Olanda, għelbu lil Feyenoord 4-0.

Feyenoord v Leverkusen – Barra minn darhom Ba­yer Leverkusen meta rebħu lil Feyenoord bl-iskor ta’ 4-0.

Huma aċċertaw ir-rebħa sal-mistrieħ b’goals minn  doppjet­ta ta’ Florian Wirtz (5, 36), Alex Grimaldo (30) u auto-goal ta’ Timon Wellenreuther (45).

Red Star v Benfica – Benfica marru s-Serbja u għelbu lil Red Star Belgrade bl-iskor ta’ 2-1. Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Muham­med Kerem Akturkoglu (9) u Orkun Kokcu (29) filwaqt li Felicio Milson (86) naqqas il-marġni għat-team ospitu. 

Atalanta v Arsenal – F‘partita li ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa Ata­lanta laqgħu lil Arsenal u temmew fi draw ta’ min­għajr goals, bl-eroj tal-Gunners ikun il-goalkeeper, David Raya, li laqa’ l-penalty mogħti minn Mateo Retegui fil-51 minuta.

Atletico Madrid v Leipzig – Atletico Madrid għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers ikunu Antoine Griezmann (28) u Jose Maria Jimenez (90+2) wara li  Benjamin Sesko (4) fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi.

Brest v Sturm Graz – Brest għelbu lil Sturm Graz 2-1 bil-goals jaslu minn Hugo Magnetti (23) u Abdallah Sima (56) filwaqt li Sturm wieġbu b’autogoal ta’ Edmilson Fernandes (45).

Monaco v Barcelona – Monaco ssorprendew lil Barcelona meta laqgħuhom u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1, b’goals minn Maghnes Akliouche (16) u George Ile­nikhena (71) filwaqt li Lamine Yamal (28) irrisponda għal Barca li kellhom lil Eric Garcia (11) imkeċċi. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport