Wednesday, July 24, 2024

Tifla ssib ruħha fuq is-siġġijiet tal-Parlament

Aqra wkoll

Is-seduta tal-Erbgħa rat xena mhux tas-soltu hekk kif tifla sabet ruħha fuq wieħed mis-siġġijiet parlamentari waqt li kienet għaddejja d-diskussjoni.

Naomi Pace Gasan, tifla bi bżonnijiet speċjali, qattgħet il-jum tal-Erbgħa fil-kumpanija tal-Prim Ministru Robert Abela u minbarra li akkumpanjatu fil-ħidma tiegħu kemm f’Kastilja kif ukoll barra marret miegħu wkoll fil-Parlament.

Hija kienet milqugħa mill-Ispeaker Anġlu Farrugia li sostna kif il-persuni b’diżabilità għandhom valur fis-soċjetà u din jeħtieġ tagħtihom kull spazju.

Il-Prim Ministru irrefera għal Jum il-Persuni b’Diżabilità, li jitfakkar fit-3 ta’ Diċembru, u semma kif Pace Gasan qaltlu li meta tikber tixtieq taħdem.

Huwa qalilha li għandha dritt taħdem u wegħdha li x-xewqa tagħha se ssir realtà meta tlesti l-istudji waqt li sostna li l-Gvern jemmen fl-inklużjoni soċjali u li l-persuni b’diżabilità għandhom x’jikkontribwixxu fis-soċjetà.

Min-naħa tiegħu, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ukoll laqa’ lil Pace Gasan fil-Parlament u iddeskriva lill-persuni b’diżabilità bħala persuni b’abilitajiet differenti.

Ekonomija

Sport