Wednesday, July 24, 2024

Tifla ta’ sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet f’pixxina

Aqra wkoll

Tifla ta’ sentejn tinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tal-3.45pm waqgħet f’pixxina b’konsegwenza li belgħet xi ilma.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li dan l-inċident seħħ fi Triq il-Ħofra, Ħaż-Żebbuġ.
Tim mediku assista lit-tifla u ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hija kienet iċċertifikata fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport