Friday, November 15, 2024

Tifla ta’ tliet snin issofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Tifla ta’ tliet snin kellha tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika wara li għall-ħabta tan-nofsiegħa kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Bormla f’Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 67 sena residenti l-Kalkara spiċċat tilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qiegħda ssuq wara li nfaqgħalha tajer u konsegwentament baqgħet dieħla f’karozza pparkjata. Magħha kien hemm riekba tifla ta’ tliet snin li sofriet xi ġrieħi.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lit-tifla u lill-mara sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar b’ambulanzi. Aktar tard it-tifla ġiet iċċertifikat li sofriet ġrieħi gravi filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport