Sunday, December 22, 2024

Tifla ta’ tliet snin tweġġa’ gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:15 p.m., tifla ddaħlet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Mondeo misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, Mitsubishi Pajero misjuq minn mara ta’ 66 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, u Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Mellieħa.

Fil-Mitsubishi, kien hemm ukoll mara ta’ 43 sena residenti x-Xagħra, Għawdex u tifla ta’ tliet snin.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lit-tifla sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport