Tuesday, May 14, 2024

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li kmieni llum għall-ħabta tas-00:45 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Qasam Barrani, il-Mellieħa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Imġarr, u Volkswagen T-Cross misjuq miinn raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport