Saturday, May 4, 2024

Atletika: L-Istati Uniti jkaxkru l-200 metru tal-Irġiel

Aqra wkoll

L-unuri fis-seba’ ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Oregon, l-Istati Uniti, marru għand l-irġiel Amerikani li għamlu clean sweep fil-200m li kien it-tieni wieħed tagħhom fl-isprints f’dawn il-kampjonati wara l-100m.

200m IRĠIEL

Noah Lyles jinsab lura. Wara sena ta’ uġigħ li fiha ffaċċja t-taqbida tas-saħħa mentali u spiċċa fit-tielet post diżappuntati fl-Olim­pjadi ta’ Tokjo, Lyles żamm it-titlu tad-dinja tal-200 metru b’mod ta’ taqtiegħ il- qalb, meta għamel it-tielet l-iktar ħin veloċi fl-istorja u mexxa clean sweep ieħor tal-sprints mill-Istati Uniti.

Lyles ħareġ mill-blokki u kkontrolla t-tellieqa mill-bidu, qered lill-oħrajn hekk kif wasal sad-dawra u aċċellera d-dritta biex sar l-ew­wel champion tad-dinja li rebaħ il-200m tal-irġiel fil- kampjonati darbtejn wara xulxin minn meta Usain Bolt rebaħ erba’ titli konsekuttivi mill-2009 sal-2015.

L-arloġġ l-ewwel wera l-ħin tar-rebħa bħala rekord tal-kampjonat ta’ 19.32, li kien jilħaq ir-rekord Amerikan ta’ Michael Johnson mill-Olimpjadi ta’ Atlanta tal-1996. Lyles dar u mexa lejn l-arloġġ u ndika lejh, jixtieq li kien ħin aktar veloċi.

Sekondi wara, l-arloġġ teptep il-ħin uffiċjali emendat: 19.31. Dan poġġa lil Lyles qabel Johnson u waħ­du fit-tielet post fil-lista ta’ kull żmien wara r-rekord dinji ta’ Bolt ta’ 19.19 u 19.26 ta’ Yohan Blake.

“Rajt il-ħin jitfaċċa u lħaqt ir-rekord ta’ Michael Johnson,” qal Lyles. “Jien kont qisni … ‘Int verament tajjeb li tagħmel hekk?’ Imbagħad in-numru nbidel minn 2 għal 1, u l-burdata tiegħi nbidlet.

“Kont vera fil-forma għal rekord dinji, iżda jien tajjeb bir-rekord Amerikan,” żied jgħid. “Litteralment ma fa­dalli xejn wara li qsamt il- linja finali.”

Bir-rebbieħ tal-midalja tal-fidda Olimpika, Kenneth Bednarek, jtemm fit-tieni post f’19.77 u l-fe­nomenu ta’ 19-il sena, Er­­riyon Knighton, jieħu l-bronż f’19.80, kienet l-ewwel clean sweep tal-Istati Uniti tal-200m mill-2005 meta Justin Gatlin, Wallace Spearmon Jr. u John Capel Jr. spiċċaw 1-2-3.

Dan wasal biss ħamest ijiem wara li l-isprinters Amerikani marru deheb-fidda-bronż fil-100m tal-irġiel.It-tellieqa tal-Ħamis kienet l-ewwel darba li l-Istati Uniti, jew kwalunkwe pajjiż ieħor, iddomina l-podju kemm fil-100m kif ukoll fil-200m fi kwalunkwe Kampjonat tad-Dinja, li ġrat darba biss fl-Olimpjadi, fl-1904.

U saret aktar storja, hekk kif Knighton sar l-iżgħar rebbieħ ta’ midalja tal-isprints individwali fil-Kampjonati tad-Dinja.

200m NISA

Sejħulha Shericka Sweep. Shericka Jackson tal-Ġamajka kellha d-dritta fil-200m tan-nisa, u ġriet it-tieni l-iktar ħin veloċi fl-istorja ta’ 21.45 sekondi biex għaqqdet sweep personali.

Jackson, li ħassret ir-rekord tal-kampjonat ta’ Dafne Schippers ta’ 21.63, issa għandha midalja tad- deheb fil-200m, fidda fil-100m mill-Ħadd u midalji tal-bronż fuq l-400m mill- edizzjonijiet tal-2019 u l-2015. Dan jagħmilha l-ewwel atleta fl-istorja li rebħet sett sħiħ ta’ midalji tal- Kampjonati tad-Dinja fit- tliet dixxiplini tal-isprint.

Madankollu, il-Ġamajka ġiet imċaħħda milll-ewwel clean sweep fil-200m tan-nisa f’dawn il-kampjonati.

Filwaqt li Shelly-Ann Fra­ser-Pryce ħadet il-midalja tal-fidda bl-aħjar ħin tal-istaġun ta’ 21.81 – 0.02 biss bogħod mill-aqwa ħin tagħ­ha – biex żiedet mad-deheb tal-100m, id-darbtejn champion Olimpika, Elaine Thompson-Herah, spiċċat fis-seba’ post fi 22.39.

Iċ-champion renjanti, il- Brittanika Dina Asher- Smith ħadet il-bronż b’ħin ta’ 22.02.

Sport