Friday, December 13, 2024

Tifla ta’ tmien snin tmut wara li karozza baqgħet dieħla fi skola f’Londra

Aqra wkoll

Tifla ta’ tmien snin mietet wara li karozza ħabtet fi skola primarja f’Wimbledon, fil-Lbiċ ta’ Londra.

Il-paramediċi kkuraw 16-il persuna għal ġrieħi li sofrew wara li Land Rover ħabtet fi skola f’Camp Road għall-ħabta tal-10.00 a.m.

Is-sewwieqa, mara ta’ 40 sena, ġiet arrestata fuq suspett li kkawżat il-mewt minħabba sewqan perikoluż.

Bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, il-Pulizija qalet li neħħiet ukoll il-Land Rover minn fuq is-sit tal-inċident.

L-iskola hija għall-bniet ta’ bejn l-erba’ u l-11-il sena, b’membru parlamentari lokali jgħid li l-istudenti nġabru għal party ta’ ċelebrazzjoni ta’ tmiem is-sena skolastika fil-ġnien.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Clair Kelland, kmandant tal-pulziija lokali, qalet li: “Dan huwa żmien diffiċli ħafna għal kulħadd hawn fl-iskola u madwar il-komunità. L-uffiċjali tagħna diġà tkellmu ma’ numru ta’ xhieda u raw il-filmati tas-CCTV.”

John Tucker, President tal-Bord tal-Gvernaturi qal li: “Il-komunità skolastika hija affettwata sew minn din it-traġedja.”

Ekonomija

Sport