Tifla ta’ għaxar snin sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-9.30a.m. fi Triq Ħal Tarxien, Raħal il-Ġdid.
Il-karozza tat-tip Mazda Demio kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti San Ġiljan.
It-tifla ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.