Friday, May 10, 2024

Tiftaħ is-sejħa pubblika biex jintefgħu applikazzjonijiet għal Kummissarju tal-Pulizija

Aqra wkoll

Illum fetħet is-sejħa pubblika għall-għażla ta’ Kummissarju tal-Pulizija. L-applikazzjonijiet jistgħu jintefgħu sal-11 ta’ Mejju li ġej, b’dawn jiġu evalwati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC).

Wara li ssir l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-PSC se tkun qed tressaq żewġ kandidati għall-għażla finali li ssir mill-Kabinett, bil-persuna magħżula mbagħad tgħaddi minn skrutinju fil-Parlament.

L-emenda fil-liġi għall-mod kif se jkun qed jintgħażel il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija ġiet approvata mill-Parlament b’34 vot favur u 24 kontra nhar l-Erbgħa l-1 ta’ April qabel dan aġġorna għall-btajjel tal-Għid.

Sport