Saturday, December 21, 2024

“Tiġi meta tiġi l-elezzjoni l-PN se jkun ippreparat”

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irreaġixxa għat-tweġiba tal-Prim Ministru Robert Abela rigward id-data tal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Bernard Grech qal li Abela fl-aħħar temm l-ispekulazzjoni dwar jekk hux se jsejjaħ elezzjoni bikrija.

Skont Grech, Abela stenna sal-aħħar minuta, u b’mod irresponsabbli, ħoloq inċertezza għan-negozji.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista se jkun ippreparat għaliha.

Huwa temm jgħid li bħala partit se jibqa’ jaqdi dmiru għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Ekonomija

Sport