Saturday, December 14, 2024

Tikkonferma li ma kien hemm l-ebda mewt … Il-każi jitilgħu għal 134

Aqra wkoll

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci se tkun qiegħda tgħaddi l-aħħar żviluppi dwar il-Coronvirus fis-1:30 p.m. Gauci lbieraħ ħabbret 19-il każ ġdid, biex b’hekk it-total ta’ każi konfermati sal-bieraħ kienu ta’ 129 każ. Intant l-appel jibqa’ dak li l-pubbliku jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Aġġornata:Gauci kkonfermat li qed isegwu l-kundizzjoni medika tal-pazjenti kollha u kkonfermat li ma kien hemm l-ebda mewt. Illum ħabbret li fl-aħħar sigħat kien hemm konferma ta’ ħames każi ġodda u spjegat li dawn il-każi huma tliet każi impurtati u tnejn oħra bi trasmissjoni lokali.

L-ewwel każ hija Griega ta’ 28 sena li kellha espożizzjoni f’Ċipru. Waslet fid-19 ta’ Marzu u bdiet bis-sintomi l-għada, fl-20 ta’ Marzu. Qed issir contact tracing minħabba kuntatt tal-mara ma’ persuni oħra.

It-tieni każ hu Malti ta’ 60 sena li ġie lura fit-13 ta’ Marzu u beda bis-sintomi tlett ijiem wara. Dan ir-raġel jagħmel parti minn cluster ieħor ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus wara safra fl-Ingilterra.

It-tielet każ hija Maltija ta’ 60 sena. Health Care Worker li daħlet l-Isptar fl-20 ta’ Marzu minħabba kundizzjoni oħra. Hi u l-familja tagħha baqgħu fi kwarantina u għalhekk is-sitwazzjoni hi kontrollata.

Rigward trasmissjoni lokali hemm ir-raba’ każ imħabbar illum li jitratta Malti ta’ 23 sena. Dan huwa każ relatat ma’ każ ieħor li ħareġ pożittiv fl-aħħar jiem u li ma kien relatat mal-ebda safar.

Il-ħames każ hija mara Maltija ta’ 26 sena li bdiet bis-sintomi ta’ uġigħ ta’ ras u sogħla fl-20 ta’ Marzu. Minħabba li marret għax-xogħol qed issir contact tracing.

B’hekk biż-żieda ta’ dawn il-każi mal-129 każ li tħabbru lbieraħ issa t-total ta’ persuni konfermati infettati bil-virus huwa ta’ 134 każ.

Ekonomija

Sport