Sunday, November 24, 2024

Tikkunsmax dan il-prodott … instabu fih livelli għoljin ta’ pestiċida Fosthiazate

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni mibgħuta mill-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ pestiċida Fosthiazate.

Tip ta’ prodott:Patata
Isem tal-prodott tikketta:Selenella Novella
Lott involut:26-06
Piż:1.5kg

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 bejn it-8:00 a.m. u s-2:30 p.m., jew jibgħat e-mail fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is- sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

Sport