Monday, July 15, 2024

Minkejja li “qed ixerred” filmati fuq il-midja soċjali, il-Lilu King għadu miżmum il-ħabs

Aqra wkoll

Fil-midja soċjali lbieraħ bdew jiċċirkolaw filmati u ritratti ta’ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala l-“Lilu King”, jiċċelebra ma’ sħabu. Bosta mill-ewwel qasmu l-fehma tagħhom illi hu kien ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Qorti.

Talk News jista’ jikkonferma li l-Lilu King għadu miżmum fil-ħabs ta’ Kordin u dan wara li l-Qorti fl-aħħar seduta, li fiha deher l-akkużat, mill-ġdid ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.

Jirriżulta li xi persuni qrib tiegħu, u li għandhom aċċess għall-midja soċjali personali ta’ Elmushraty, kienu qegħdin ixerrdu filmati u anke ritratti li ttieħdu fil-passat.

Il-Lilu King qed jiffaċċja proċeduri kriminali fuq l-involviment tiegħu ma’ gruppi ta’ kriminalità organizzata, kif ukoll evażjoni ta’ taxxa u ħasil ta’ flus.

Ekonomija

Sport