Tuesday, April 30, 2024

Tikkunsmax dan il-prodott minħabba possibbiltà ta’ frak tal-metall

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalment huwa kkontaminat bi frak tal-metall.


Deskrizzjoni tal-prodott:

Ħelu forma ta’ frott, bit-togħma ta’ frott differenti

Isem tal-prodott:

Haribo Fruktilurer Frukt & Bär

Ditta:

Haribo

Dati tad-durabbilità u lottijiet involuti:

12/2023 (L451-26522-3253901)
01/2024 (L451-29322-3253901)
01/2024 (L451-30022-3253901)
01/2024 (L451-27922-3253902)

Użin:

80g

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 p.m. jew jibgħat e-mail fuq [email protected] .

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://healthservices.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Sport