Tuesday, April 16, 2024

Tingħata l-aħħar tislima lil Rupert Tabone li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dalgħodu qabel ingħatat l-aħħar tislima lil Rupert Tabone, sewwieqa tal-muturi li huma ħbieb ta’ Tabone saqu l-muturi tagħhom b’korteo li beda mill-Isptar minn Mater Dei u komplew isuqu lejn il-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Rupert Tabone hu s-sewwieq tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-5:15 p.m fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

L-eks Bumbardier Tabone serva fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta u kien dilettant kbir tal-muturi.

Ekonomija

Sport