Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u kif ukoll permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Chicken Burgers x 8 | 
| Użin: | 600g | 
| Ditta: | The Convenience Shop | 
| Dati tad-durabbilita` (Uża Sa): | 30/3/22 u 27/4/22 | 



 
                                    
