Wednesday, April 24, 2024

Tikkunsmax dawn il-prodotti

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, xtaq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab il-kulur Sudan Blue II ġo ingredjent użat fil-produzzjoni tal-istess prodotti. Is-Sudan Blue II huwa kulur industrijali li mhuwiex awtorizzat li jintuża fl-ikel.

Isem tal-prodott:Chips Chilli  
Ditta:Frit Ravich
Piż:125g
Lott:031160
 
Isem tal-prodott:Chips Mediterraneo
Ditta:Frit Ravich
Piż:38g u 125g
Lottijiet:011223 (38g)
011165 (38g)
011158 (38g)
011138 (38g)
031223 (125g)
031228 (125g)
031258 (125g)
031288 (125g)
021158 (125g)
031138 (125g)
 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00a.m. sas-2:30p.m. jew jibgħat email fuq [email protected].

Sport