Wednesday, May 15, 2024

“Ħarbet minn Kiev ma’ bintha ta’ 7 snin… l-appartament li kienet xtrat spiċċa ntlaqat fl-attakki” – Andrei Fanica

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dan is-sit tkellem ma’ diversi voluntiera li fl-aħħar jiem kienu f’Siret fejn bdew jilqgħu lill-istess voluntieri. L-istejjer rakkontati mill-istess refuġjati huma ta’ qsim il-qalb. Ħafna jirrakkontaw kif il-famillja kellha tinqasam – in-nisa u tfal jitilqu u l-irġiel qed jibqgħu fl-Ukrajna. Oħrajn isemmu li għandhom familjari li jinsabu maqbudin f’żoni oħra fl-Ukrajna.

Andrei Fanica, li hi voluntiera f’Siret ikkummentat li “iltqajt ma’ każ ta’ omm u bintha ta’ seba’ snin. Ivvjaġġaw direttament min Kiev lejn Siret. Hi kienet nefqet flusha f’appartament ġdid.  Telqet mal-bidu tal-gwerra. Saret taf fl-aħħar sigħat li l-blokk ta’ appartamenti fejn kellha l-appartament intlaqtet b’mod qawwi ħafna minn attakki minn truppi Russi u l-appartament inqered. Din qed tingħata kenn f’Siret imma issa trid tibda ħajjitha minn ġdid, għalkemm m’hix ċerta dwar f’liema pajjiż trid tibda ħajjitha mill-ġdid. 

“F’temp ta’ ftit minuti iddeċidejt li nħalli kollox warajja u naħrab”

Vountier ieħor jgħidilna li “laqtitni l-biża’ f’dawn il-familji. Jibżgħu anke jitkellmu l-esperjenza tagħhom. Il-biża ġejja mil-fatt għax fl-Ukrajna fadalilhom il-qraba u t-tama tagħhom hi li xi mument jerġgħu jirritornaw. Iltqajna ma’ omm, li qamet filgħodu u semgħet bl-attakk. Fi ftit minuti iddeċidiet li taħrab. Ippakkjat il-bagalja u kif qaltli hi stess ftit wara is-6.00 ta’ filgħodu għamlet kuntatt ma’ ommha marret tiġborha u bdew il-vjaġġ minn Kiev lejn ir-Rumanija. Spjegat li kienu qed jgħixu ħajja tajba fi Kiev fejn anke kellhom negozju tal-familja. 

Tibqa’ f’moħħi l-mod kif ħarset lejja u qaltli “konna qed ngħixu ħajja normali. Mil-lejl għan-nhar sirna refuġjati. Qatt ma immaġinajt li se nkunu qed ngħixu gwerra fis-seklu wieħed u għoxrin”, waqt li rrimarkatli li kienu qed jaħsbu li l-midja kienu qed jesaġeraw meta jitkellmu dwar il-possibilità ta’ attakk mir-Russja fuq l-Ukrajna. 

X’qed jiġri f’Siret kif jaslu ir-refuġjati?

Il-voluntieri spjegawlna li dawk li qed jaslu f’Siret fir-Rumanija qed jinqasmu fi tlett gruppi.  Hemm il-barranin li ngħataw struzzjonijiet biex jitilqu mill-Ukrajna mill-gvernijiet ta’ pajjiżhom, hemm l-Ukreni li jgħixu fin-nofsinhar tal-Ukrajna  u għalhekk qrib ir-Rumanija, u imbagħad hemm dawk li ġejjin minn Kiev u żoni fil-qrib. 

Aqra iktar: “Ilbieraħ ‘ħajja normali’, illum refuġjati… qatt ma stennejna li se nesperjenzaw gwerra”

Sport