Sunday, December 22, 2024

Tindarab gravi wara li ntlaqtet minn vettura fin-Naxxar

Aqra wkoll

Mara ta’ 67 sena residenti l-Mosta sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.15p.m. fi Triq l-Imħalla, n-Naxxar.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Toyota Ractis, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti s-Swieqi.

Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport