Fit-2 ta’ Novembru ġiet organizzata ġurnata carwash fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul
Kull min ħa l-karozza tiegħu kien mitlub sabiex jagħti donazzjoni ċkejkna lil Puttinu Cares. Fuq il-paġna tal-midja soċjali, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li d-donazzjonijiet li n-nies taw waqt dan l-avveniment tela’ għas-somma sabiħa ta’ €11,800
Fl-istess messaġġ, huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha f’San Vinċenz li f’car wash li organizzaw ġabru din is-somma għal kawża ġusta. Temm jgħid li jawgur aktar inizjattivi ġenerużi b’risq Puttinu Cares.