Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor se tkun qiegħda tingħata bidu għas-26 edizzjoni ta’ L-ISTRINA. Din l-edizzjoni ta’ L-Istrina qiegħda tkun meqjusa bħala waħda speċjali hekk kif din is-sena tagħlaq 26 sena mill-bidu tagħha u llum jaħbat is-26 tax-xahar. Il-pubbliku huwa ġentilment mħeġġeġ isegwi L-ISTRINA fuq l-istazzjonijet kollha, onlajn u fuq il-Magic 91.7.
Aktar kmieni l-President George Vella għamel l-aħħar appell tiegħu qabel il-bidu ta’ din l-attività u qal li “Illum is-26 edizzjoni ta’ L-ISTRINA. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi ma’ min l-aktar għandu bżonn. L-għajnuna tagħkom hija ferm apprezzata”.
