Tuesday, May 14, 2024

Henderson konċernat dwar il-benesseri tal-plejers

Aqra wkoll

 Il-captain ta’ Liverpool, Jordan Henderson, jgħid li jinsab “imħasseb” li “ħadd ma jieħu l-benesseri tal-plejers bis-serjetà”. 

Inkluż id-draw ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda f’Tottenham, ir-Reds se jilagħbu ħames logħbiet fi żmien ġimagħtejn minkejja l-każijiet u l-injuries ikkawżati mill-Covid-19. 

Il-clubs tal-Premier League għażlu li jwettqu l-programm tal-festi f’laqgħa li saret nhar it-Tnejn minkejja żieda fil-każijiet tal- Covid-19. 

“Ma naħsibx li n-nies jistgħu japprezzaw kemm huwa intens sakemm fil-fatt tarah direttament,” qal Henderson. 

Meta tkellem ma’ BBC Sport, huwa żied jgħid: “Il-football għalina huwa kollox u rridu nkunu nistgħu nagħtu prestazzjoni tal-ogħla livell kull darba li nqiegħdu saqajna fil-ground. U sfortunatament, f’dan il-perjodu huwa diffiċli li nagħmlu dan”, kompla l-captain. 

Żied jgħid li issa ilu hekk għal ftit snin u kien diffiċli iżda mbagħad, barra minn hekk, biex tgħaqqad bil-Covid sar saħansitra aktar diffiċli u agħar. 

“Ninsab imħasseb li ħadd ma jieħu bis-serjetà l-benesseri tal-plejers. Naħseb li jittieħdu deċiżjonijiet – ovvjament irridu nilagħbu, bħala plejers tal-football irridu noħorġu hemmhekk u nilagħbu – iżda jien inkwetat dwar il-benesseri tal-plejers u ma naħsibx li hemm xi ħadd jieħu dan bis-serjetà biżżejjed,  speċjalment f’dan il-perjodu, meta hawn il-Covid. 

“Se nippruvaw ikollna konversazzjonijiet fl-isfond u nippruvaw ikollna xi tip ta’ influwenza ‘l quddiem, iżda bħalissa ma nħossx li l-plejers jieħdu r-rispett li jixirqilhom f’termini li jkollhom xi ħadd li jkun jista’ jitkellem għalihom b’mod indipendenti u li jkollu s-setgħa li jgħid fil-fatt dan mhux tajjeb għall-benesseri tal-plejers”, temm Henderson. 

Sport