Yachting Malta ħabbret l-iskeda t’avvenimenti għall-Yachting Malta Race Week, li se tikkonsisti f’varjetà ta’ avvenimenti marittimi li jibdew mid-19 u jispiċċaw fit-28 ta’ Mejju.
L-għan tal-Yachting Malta Race Week hija li tagħti l-opportunita t’esibiżjoni ta’ wħud mit-talent eżistenti ta’ Malta u atleti promettenti hekk kif jikkompetu fl-isport rispettiv tagħhom. L-avvenimenti se jinkludu, dinghy, keelboat, one design class SB20s u kif ukoll powerboats.
Il-Yachting Malta Race Week qed tiġi ospitata flimkien ma’ Voomquest Powerboat Racing, ir-Royal Malta Yacht Club, Vikings Sailing Club, Yachting Malta, taħt l-awspiċji tal-Union Internationale Motonautique u l-Malta Sailing Federation rispettivament.
Il-programm ta’ avvenimenti se jibda bl-ewwel Grand Prix tal-kampjonati tad-dinja Voomquest Enemed UIM V2. It-tlielaq mistennija jsiru fi tmiem il-ġimgħa barra x-xatt ta’ Tas-Sliema u żewġ Klassijiet – V2 u 3D ser jkunu qedin jtellqu barra mix-xatt. Għadd ta’ timijiet barranin se jkunu qed jivvjaġġaw lejn Malta biex jieħdu sehem f’dan il-weekend ta’ azzjoni mimli adrenalina.
Fl-istess ħin ir-Royal Malta Yacht Club se jkun qed jospita sensiela ta’ tlieliaq li jsiru madwar u viċin tal-kosta. It-tlielaq mal-kosta hu skedat li jsir fi tmiem il-ġimgħa u mistenni jkun hemm kompetiżżjoni tajba.. It-tlielaq huwa ppjanat li jsir tul il-kosta tal-Kalkara. It-Tnejn filgħaxija hija ppjanata tiġrija Kostali.
Minbarra dawn l-avvenimenti r-Royal Malta Yacht Club u l-Vikings Sailing Club ingħaqdu biex jospitaw l-inizjattiva globali World Sailing – Steering the Course, li kienet strumentali madwar id-dinja biex tattira aktar nisa lejn l-ibburdjar. Steering the Course se ssir fuq medda ta’ tlett ijiem mit-23 sal-25 ta’ Mejju.
Il-Yachting Malta Race Week tintemm bil-Veuve Clicquot Linosa Race. Otra Vez ta’ Aaron Gatt Floridia stabbilixxa l-ewwel Rekord IRC (fuq Ħin Korrett) f’ħin ta’ 36 siegħa 41 minuta 51 sekonda. Diversi jottijiet se jkunu qed jippruvaw jegħlbu r-rekord nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju.
“Il-Yachting Malta Race Week hija inizjattiva biex turi l-ħafna attivitajiet li jsiru fost il-komunità marittima. Kemm jekk ikunu powerboats, jottijiet jew one design Class bhall SB20s. L-għan u wieħed li kollha joffru esperjenza pjaċevoli, irrispettivament minn jekk wieħed ikunx parteċipant jew spettatur.” spjega Michael Mifsud, CEO Yachting Malta. “Ninsab kuntent ukoll li nara li l-ibburdjar tan-nisa qed jingħata attenzjoni. Dan huwa sport inklussiv u qed isir ħafna sforz biex kulħadd ikun jista’ jikkompeti jew sempliċement igawdi l-isport”.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta kompla jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-kooperazzjoni sħiħa bejn il-klabbs u l-entitajiet kollha biex dan l-avveniment ikun suċċess.
Aktar informazzjoni dwar il-Yachting Malta Race Week u kif wieħed jista jipparteċipa tinsab fuq https://yachtingmalta.org/yachting-malta-race-week/