Wednesday, December 25, 2024

Tingħata l-aħħar tislima lill-kantant Edwin Galea

Aqra wkoll

Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima lill-kantant Edwin Grech fil-Knisja ta’ San Ġwann Tas-Salib, f’Tax-Xbiex. Huwa ħalla din id-dinja nhar il-Ħadd li għadda fl-età ta’ 84 sena fil-festa tas-Salvatur.

Imwieled fis-7 ta’ Ottubru tal-1938, Grech daħal fix-xena tal-mużika f’eta’ bikrija, meta kellu biss tmien snin. Dak iż-żmien huwa beda jdoqq il-klarinett mal-Cospicua Band Club, sakemm eventwalment kompla jiżviluppa t-talent tiegħu u għamel karriera minnu.

Fl-1970 rebaħ it-titlu tal-aqwa kantant minn fost 44 kantanti f’kompetizzjoni internazzjonali li saret fil-Ġappun quddiem udjenza ta’ aktar minn 14,000 ruħ.

Matul il-karriera mużikali tiegħu, Edwin kellu l-opportunità u l-unur li jdoqq f’ballu organizzat ad unur tal-Prinċipessa Anna tal-Ingilterra meta kienet għamlet żjara uffiċjali f’Malta f’Settembru tal-2004.

Edwin kien miżżewweġ lil Vivien Galea, l-unika wild tal-mużiċist u kantant Oscar Lucas. Edwin u Oscar daqqew u kantaw flimkien ħafna drabi.

Edwin ħalla warajh lill-erba’ wliedu — Sonia, Adrian, Daniela u Jason — u n-neputijiet.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport