Wednesday, April 24, 2024

Tingħata l-aħħar tislima lil Roberta Magri

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, ingħatat l-aħħar tislima lil Roberta Magri fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġwann.

Fl-omelija tiegħu, il-konċelebrant li mexxa l-quddiesa qal li minkejja li ħajjet Roberta kienet waħda qasira u li ġabet magħha diversi sfidi, Roberta dejjem kienet ta’ inspirazzjoni għal ħaddieħor.

Huwa żied jgħid li Alla taha diversi talenti fosthom dak tar-reċtar li kien għal qalbha ħafna. Ġie rrimarkat ukoll kif minkejja l-limitazzjonijiet li affaċċjat matul ħajjitha, Roberta ma beżgħet qatt mill-isfidi.

Għall-aħħar tislima ta’ Roberta minbarra qraba u ħbieb attenndew ukoll diversi personalitajiet Matlin u atturi li b’xi mod jew ieħor Roberta kellha kuntatt magħhom fir-reċtar li kienet tagħmel.

Sport