Monday, April 29, 2024

“Żerriegħa t’imħabba” kanzunetta ġdida minn Kapitlu 13 u Maria fl-okkażjoni tal-festa f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju, għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, Kapitlu 13 flimkien ma’ Maria Cini se jkunu qegħdin iniedu l-kanzunetta l-ġdida bl-isem “Żerriegħa t’imħabba” li nkitbet apposta għal festa ta’ Ħal Tarxien.

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni “tal-Marċ tal-Ġimgħa” li kien organizzat għall-ewwel darba fl-2022, il-kumitat Sezzjoni Żgħażagħ u Partitarji Duttrinisti, Ħal Tarxien mill-ewwel beda jaħdem fuq ideat innovattiva u oriġinali biex ikomplu jtejbu l-livell ta’ dan il-marċ.

Fuq idea ta’ Roland Agius ġew avviċinati l-grupp tant popolari Kapitlu 13 u l-vjolinista Maria Cini biex jiktbu kanzunetta oriġinali għal din il-festa.

Mal-kanzunetta nħadem ukoll ‘musica video’ li fih ħadu sehem diversi Duttrinisti ta’ kull età. Il-kanzunetta “Żerriegħa t’imħabba” mhix sempliċament kanzunetta b’ħafna kliem fieraħ jew ftaħir, iżda tirrakkonta kif minn festa żgħira ta ftit sigħat u li kien fix-xifer li tintilef darba għal dejjem, illum saret festa mifruxa fuq diversi jiem, b’soċjetà li tieħu ħsieb il-festa esterna kollha, kif ukoll banda li twaqqfet ftit tal-ġimgħat ilu.

Fuq kollox, din il-kanzunetta hija iddedikata lid-Duttrinisti tal-bieraħ, tal-lum u ta’ għada, li b’kuraġġ u determinazzjoni, tant stinkaw u għadhom jistinkaw biex din il-festa hi li hi llum il-ħurnata

Apparti l-attività tal-Ġimgħa 14 ta’ Lulju, se ssir “Festa Tfal” li se tkun bi statwa ġdida. Din se tiġi ċċelebbrata fit-12 ta’ Lulju. L-ispettaklu tal-logħob tan-nar kemm tal-ajru kif ukoll tal-art isir is-Sibt 15, ta’ Lulju filwaqt li ssir ukoll il-purċissjoni l-għada l-Ħadd bl-istatwa devota tal-Madonna tad-Duttrina.

Sport