Wednesday, April 24, 2024

Mara min-Nepal l-Isptar wara li waqgħet għal ġo gallarija f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:00 p.m., sabet ruħha f’diffikultà wara li waqgħet għal ġo gallarija fi Triq Rue d’Argens, Tas-Sliema.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li, mara ta’ 30 sena min-Nepal u residenti Raħal il-Ġdid, issakkret barra u pruvat tidħol lura fid-dar billi taqbeż minn fuq il-bejt u tidħol mill-gallarija. Sfortunatament hija waqgħet għal ġol-ewwel gallarija ta’ taħt il-bejt u sofriet xi ġrieħi. Kien għalhekk li ntalbet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili sabiex tkun tista’ tinħareġ minn hemm.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lill-mara għal aktar kura l-Isptar Mater Dei.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-mara sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.

Sport