Aktar kmieni fil-Knisja ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi ingħatat l-aħħar tislima lil Sandro Grech, missier ta’ żewġt itfal wara li tilef il-battalja mal-kanċer
Il-poplu Malti ngħaqad wara l-kawża ta’ Sandro bit-tama li jgħix. B’intervent mill-Prim Ministru Robert Abela, Sandro kien ingħata ħafna mill-ammont ta’ flus li kellu bżonn bit-tama li jkun jista’ jieħu l-aħħar ċans tiegħu biex jgħix.
Wara appell li kien sar mill-familja biex jinġabru eluf kbar ta’ flus bit-tama li Sandro jkun jista’ jieħu l-kura barra minn Malta, fl-10 ta’ Jannar martu kienet ħabbret li “l-għajnuna tagħkom u tal-Gvern ta’ Malta sabiex Sandro jieħu ċans ieħor għall-ħajja ser tkun qed titwettaq fil-jiem li ġejjin. Wara ġimgħat fejn Sandro kien qed jiġi trattat għal infezzjoni li żviluppatlu – issa t-tim tal-Mater Dei rnexxielu jgħinu sabiex jirkupra u jkun f’kundizzjoni stabbli biex ikun jista’ jivvjaġġa għall-kura.”

