Dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima lil Lukarda Abela fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
Lukarda hija omm l-Eks President George Abela u n-nanna tal-Prim Ministru Robert Abela.
Hija ħalliet din id-dinja nhar il-festa ta’ San Pawl, fl-10 ta’ Frar li għadda, fl-età ta’ 92 sena, proprju ftit jiem biss qabel għeluq sninha hekk kif fid-19 ta’ dan ix-xahar hija kellha tiċċelebra għeluq it-93 sena.
Il-PM Abela kien iħobb jiddeskrivi lil nanntu bħala “Sors ta’ enerġija u kuraġġ għalija personali ta’ kuljum!”