Sunday, November 24, 2024

Tingħata maħfra mir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert lill-mara li użat kliem vulgari fil-konfront tiegħu

Aqra wkoll

Fl-Awla numru 4 quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, ilbieraħ instema’ l-każ tas-Sinjura Maria Sciculuna Mantas li kienet użat kliem vulgari fuq il-paġna ta’ Facebook fil-konfront tar-Rettur tal-Kulleġġ P. Aaron Zahra wara t-tmiem tal- impjieg tas-Sur Mario Mallia. 

P. Aaron Zahra stqarr fl-awla li huwa jaħfer lis-Sinjura Scicluna Mantas u li qed jitlob li jitwaqqfu l-proċeduri fil-konfront tagħha. Huwa qal li flimkien kienu ddiskuttew din il-ħaġa u s-Sinjura Scicluna għadha taħdem mal-kulleġġ bħala għalliema. Il-maġistrat talbet biex quddiemha s-Sinjura Scicluna Mantas titlob skuża lil P. Aaron. Min-naħa tiegħu, P. Aaron wieġeb li huwa jilqa’ l-iskuża u jaħfrilha u jitlob li jitwaqqfu l-proċeduri kollha. 

Il-maġistrat fakkritha li l-aġir tagħha seta’ jwassal għal multa ta’ €23,000 u t- tneħħija tal-warrant ta’ għalliema. 

L-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ tirringrazzja lis-Sinjura Maria Lisa Scicluna Mantas tal-ħidma tagħha fil-kulleġġ bħala għalliema. 

Sport