Saturday, May 4, 2024

Tinqaleb vettura tat-tifi tan-nar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Aqra wkoll

Ritratt: Matthaeus Sciberras

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tat-3:30 p.m seħħ inċident fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta proprju biswit il-hangar tal-Lufthansa.

Fuq il-post kellhom jintervjenu membri tas-sigurtà tal-ajruport u ambulanza li assistew fil-post wara li għal xi raġuni vettura tat-tifi tan-nar inqalbet wara li kien hemm rapport ta’ duħħan.

Żewġ pumpiera sofrew ġrieħi ħfief u ttieħdu l-isptar għall-kura.

Intant fi stqarrija maħruġa mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta ntqal li b’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta interna.

Sport