Thursday, December 26, 2024

Tinqatel persuna fi sparatura f’kumpless tax-xiri f’Texas

Aqra wkoll

Persuna nqatlet u tlieta oħra sofrew xi ġrieħi wara sparatura f’kumpless tax-xiri f’El Paso, Texas.

Il-Pulizija qalet li żewġ suspettati jinsabu arrestati, b’wieħed minnhom kien inżamm fuq il-post minn uffiċjal li nzerta kien off duty.

L-inċident seħħ nhar l-Erbgħa f’Cielo Vista Mall, li jinsab ħdejn il-Walmart Supermarket fejn kienu nqatlu 23 persuna f’attakk razzjali fl-2019 u li huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar sparaturi tal-massa fatali fl-istorja tal-Istati Uniti.

Nhar l-Erbgħa, il-kap tal-pulizija ta’ El Paso, Peter Pacillas, qal .li uffiċjali off-duty li jaħdmu mas-sigurtà f’dan il-kumpless arrestaw wieħed mis-suspettati mingħajr ma sparaw l-armi tagħhom. Dwar it-tieni arrest ma ngħataw l-ebda dettalji.

L-erba’ vittmi kienu kollha rġiel. Qed jingħad li tnejn mill-midruba jinsabu f’qagħda kritika.

It-Tnejn li għdda, tliet studenti nqatlu u ħamsa oħra ndarbu wara li raġel armat fetaħ in-nar fil-kampus tal-Università ta’ Michigan.

Ekonomija

Sport